Posted by: Ms. Sephorah | April 20, 2010

iNote Taker Drawings

Posted by: Ms. Sephorah | April 20, 2010

iNote Taker Drawings

Posted by: Ms. Sephorah | April 20, 2010

iNote Taker Drawings

Posted by: Ms. Sephorah | April 20, 2010

iNote Taker Drawings

Posted by: Ms. Sephorah | April 17, 2010

The Slippers that Talked

Posted by: Ms. Sephorah | April 17, 2010

Iż-Żarbun Maġiku – Ryan Refalo

                    Nhar is-Sibt, mort ma` ommi u ma’ ħija għand in-nanna biex ngħinuha fil-faċendi tad-dar.

 

                 F`ħin minnhom, ommi bagħtitna fil-kantina tan-nanna biex inġibu barmil.  Waqt li konna qegħdin infittxu qalb l-affarijiet, ħija lemah żarbun.  Dan kien żarbun iswed, qadim u mhux komuni.  Flejtu sew u ndunajt li kien id-daqs tiegħi.  Malli ppruvajtu, bdejt inħossni qiegħed intir.  Bdejt nara lil ħija u lill-affarijiet tal-kamra’ il bogħod ħafna.  Stagħġibt mhux ftit u bdejt ngħajjat li kien fih il-maġija. 

 

                  Wara ftit, dan iż-żarbun spiċċatlu l-maġija u bdejt inħossni nieżel lura mal-art.  Jien u ħija ħallejna ż-żarbun fejn kien, morna fejn il-mama’ u żammejna l-istorja taż-żarbun bħala sigriet.

Ryan Refalo

Posted by: Ms. Sephorah | April 17, 2010

Iż-Żarbun Maġiku – Kaya Marie Theuma

                  Darba waħda kont il-bandli mal-ħbieb tiegħi.  F’daqqa waħda, rajt żarbun ma’ l-art.  Iż-żarbun kien kulur il-fidda b’linji tad-deheb. 

 

                  Jien inżajt iż-żarbun li kelli u ilbistu.  Ġieni bl-ezatt.  Jien ma kontx naf li dak tal-maġija.  F’ħin minnhom, jien u sħabi iddeċidejna li nilagħbu baskitbol.  Jiena tgħidx kemm waddabt blalen fix-xibka.  F’daqqa  waħda, ġie s-ser tal-baskitbol u dan skanta meta il-blalen waddabthom fix-xibka.  Anki sħabi skantaw daqs kemm lgħabt tajjeb. 

                 Iż-żarbun għadu għandi.  Jiena żammejtu sigriet u biex vera nżomm din l-avventura sigrieta, erfajtu fil-gwardarobba.

 

Kaya Marie Theuma

Posted by: Ms. Sephorah | April 17, 2010

Iż-Żarbun Maġiku – Myra Muscat

             Jien sibt żarbun maġiku.  Meta sibtu kont qegħda mal-ħbieb u konna qegħdin nixtru l-ħwejjeġ.

 

             Jien kont qed nixtri u f’daqqa waħda rajt żarbun ileqq.  Il–kulur tiegħu kien roża.  Iż-żarbun kien id-daqs tiegħi w meta nikber jikber miegħi.  Meta ssabbat jibda jixgħel.  Meta nkun irrid immur xi mkien, dan iż-żarbun jeħodni f’ħakka t’għajn.  Jien inkun bih meta nagħmel it-tlielaq u niġi l-ewwel.  Meta mmur l-iżfin, dan jinbidel f’żarbun tal-iżfin u jien niġi dejjem l-ewwel f’xi kompetizzjonijiet. 

 

              Iż-żarbun għadu għandi.  Jien qatt ma ngħid lil ħadd b’daż–żarbun għax inkella jkunu jriduh huma.

Myra Muscat

Posted by: Ms. Sephorah | March 29, 2010

Iż-Żarbun Maġiku – Sheldon Seychell

                Jien kont id-dar u kont qed nilgħab.  F’daqqa waħda, sibt żarbun maġiku ġo kaxxa.  Jien kont qed nilgħab futbol.

 

                  Meta sibtu, kien ġo teżor. Iż-żarbun kien kulur id-deheb u t-tappini kienu tal-fidda.  Kien id-daqs tiegħi u allura mill-ewwel ippruvajtu.  Meta kont nilgħab il-futbol, bdejt niskurja. Il-kowċ kien jagħżilni għal-logħob li kien imiss.

 

                 Iż-żarbun għadu għandi sal-lum. Jien ma jien se ngħid lil ħadd b’dan is-sigriet.

Sheldon Seychell

Posted by: Ms. Sephorah | March 29, 2010

Iż-Żarbun Maġiku – Naomi Abela

                 Jien kont immur iż-żfin u darba waħda, sibt żarbun maġiku.  Kien żarbun speċjali.  Meta kont immur iż-żfin biż-żarbun maġiku, irbaħt ħafna kompetizjonijiet taż-żfin ukoll.

 

                   Dan iż-żarbun kont sibtu meta kont qiegħda nilgħab fejn il-bandli.  Kien f’kaxxa imqatta’.  Kien id-daqs tiegħi għax ġieni bl-eżatt.  Kien kulur id-deheb b`disinni tal-fidda.  Barra li niżfen biż-żarbun maġiku, bdejt intir f’ħafna pajjiżi differenti.

 

                    Iż-żarbun għandu għandi sal-lum.  Dan kollu żammejtu sigriet.

Naomi Abela

Older Posts »

Categories