Posted by: Ms. Sephorah | April 17, 2010

Iż-Żarbun Maġiku – Myra Muscat

             Jien sibt żarbun maġiku.  Meta sibtu kont qegħda mal-ħbieb u konna qegħdin nixtru l-ħwejjeġ.

 

             Jien kont qed nixtri u f’daqqa waħda rajt żarbun ileqq.  Il–kulur tiegħu kien roża.  Iż-żarbun kien id-daqs tiegħi w meta nikber jikber miegħi.  Meta ssabbat jibda jixgħel.  Meta nkun irrid immur xi mkien, dan iż-żarbun jeħodni f’ħakka t’għajn.  Jien inkun bih meta nagħmel it-tlielaq u niġi l-ewwel.  Meta mmur l-iżfin, dan jinbidel f’żarbun tal-iżfin u jien niġi dejjem l-ewwel f’xi kompetizzjonijiet. 

 

              Iż-żarbun għadu għandi.  Jien qatt ma ngħid lil ħadd b’daż–żarbun għax inkella jkunu jriduh huma.

Myra Muscat


Leave a comment

Categories